158
il-gwida tieghek ghal mater dei
mistoqsijiet komuni
sahha.gov.mt
www.gov.mt
 
 
topleft ... topright
 

Il-proċess ta’ trasferiment

Meta nitkellmu fuq il-migrazzjoni, nifhmu l-proċess ta’ trasferiment ta’ servizzi u faċilitajiet minn Sptar San Luqa għal Sptar Mater Dei li qed isir skond pjan dettaljat imfassal b’riżultat ta’ numru kbir ta’ laqgħat bejn il-partijiet kollha konċernati.

Wara li l-proġett ta’ Sptar Mater Dei intemm u għadda f’idejn il-Gvern Malti nhar id-29 ta’ Ġunju 2007, bdiet is-sekwenza ta’ trasferiment għall-isptar il-ġdid.

Is-sigurta’ tal-pazjent
It-trasferiment huwa proċess kumpless. Is-sigurtà tal-pazjent tpoġġiet fil-qofol ta’ dan il-proċess biex jiġi żgurat li l-pazjenti fl-ebda ħin ma jitpoġġew f’riskju. Sptar San Luqa ma jistax jiċċaqlaq kollu f’daqqa. Is-sekwenza tiżviluppa ġimgħa wara ġimgħa biex titrasferixxi dipartiment jew faċilita’ waħda waħda.

Saru diveris proċessi ta’ testijiet li jassiguraw li s-sistemi l-ġodda u l-apparat jiffunzjonaw tajjeb u li jaqblu mal-kriterji mitluba. Dan il-proċess sar f’kull sala, dipartiment u sezzjoni mill-inginiera, kapijiet tad-dipartimenti u tekniċi tal-kuntratturi biex b’hekk jgħaddu f’idejn il-kapijiet li se jmexxuhom.

Hemm tlett fażijiet ta’ testing:

  • Testing mill-inġiniera u l-persuni tekniċi tal-kuntrattur
  • Testing mill-persuni responsabbli mill-proġett flimkien mal-kapijiet tad-dipartimenti li jiċċertifikaw it-taqsima
  • Testing mill-istaff li finalment se jaħdem fid-dipartiment konċernat

Taħriġ ta’ l-istaff
Waqt il-proċess ta’ migrazzjoni, se jkun qed jingħata servizz miż-żewġ sptarijiet temporanjament.

It-taħriġ u l-orjentazzjoni ta’ l-istaff sar skond pjan mifrux fuq numru ta’ snin li laħaq il-qofol tiegħu fl-aħħar xhur qabel ma beda t-trasferiment. F’Marzu 2007, ntgħażlu ‘l fuq minn 300 impjegat biex jgħaddu t-taħriġ li ħadu huma lill-kollegi tagħhom fid-dipartimenti fejn jaħdmu. Ħafna minn dan it-taħriġ sar hands-on fi Sptar Mater Dei stess filwaqt li taħriġ ieħor sar minn żoni partikolari fi Sptar San Luqa li ntramaw apposta biex jingħata t-taħriġ fuq ċertu tip ta’ apparat mediku waqt il-ġurnata tax-xogħol normali.

Il-prinċipji ewlenin fit-trasferiment

  • Is-sigurta’ tal-pazjent hija l-prinċipju kardinali li jmexxi l-proċess
  • Is-sekwenza bdiet bl-iktar servizzi jew faċilitajiet li faċli jiċċaqalqu
  • Biex jitnaqqsu problemi ta’ riżorsi umani, il-proċess għandu jieħu l-inqas żmien possibbli biex jintemm peress li f’dan il-perjodu se jkun hemm żewġ sptarijiet jiffunzjonaw fl-istess żmien
  • Se jiċċaqalqu l-inqas numru ta’ pazjenti possibbli minn San Luqa għal Mater Dei biex jitnaqqsu l-iskumditajiet għall-pazjenti
  • Is-servizzi għall-pazjenti jkunu affetwati mill-inqas
  • Każijiet ta’ rijabilitazzjoni u dawk soċjali ma jitilgħux f’Mater Dei

Il-proċess tat-trasferiment maqsum f’4 fażijiet differenti:

  • Fażi A: Migrazzjoni ta’ żoni pubbliċi u l-amministrazzjoni
  • Fażi B: Migrazzjoni ta’ Dipartiment ta’ l-Outpatients u servizzi anċillari
  • Fażi Ċ: Migrazzjoni tas-servizzi Inpatient
  • Fażi D: Faċilitajiet edukattivi u dipartimenti oħra

X’sar s’issa
Irreferi għas-sezzjoni L-Aħħar Aħbarijiet Dwar it-Trasferiment biex taġġorna ruħek dwar l-aħħar żviluppi fil-proċess.

 

 
bottomleft ... bottomright