Sptar Mater Dei inbena fuq disinn ta’ villaġġ tipiku Malti bil-kappella fiċ-ċentru tal-proġett, pjazza quddiem il-kappella b’galleriji Maltin u s-servizzi mad-dawra tal-kappella.
B’kollox Mater Dei fih 7156 kamra li minnhom madwar 6700 fihom xi tip ta’ apparat mediku. Hemm medda ta’ kurituri li ttul madwar kilometru u nofs. Jekk tgħodd is-swali, il-kmamar u l-kuriduri ssib madwar 8,000 bieb u partition. Bħala medja l-isptar għandu 8 livelli ta’ bini, għalkemm minn binja għall-oħra, in-numru ta’ sulari jvarja.
Fi Sptar Mater Dei sar investiment qawwi f’teknoloġija moderna, f’apparat mediku state-of-the-art u f’sistemi ta’ l-IT u ta’ l-inġinerija sofistikati. Dawn huma lkoll maħsuba biex jikkontribwixxu għal żieda fl-effiċjenza. L-istaff professjonali ta’ Mater Dei se jqatta’ inqas ħin f’xogħol amministrattiv u anċillari u iktar ħin u attenzjoni mal-pazjenti fil-process ta' fejqan.
Sistemi bħal dawn ma jeżistux fi Sptar San Luqa.
|
|
|
|
|

- Sptar Mater Dei, bi 825 sodda, se jieħu post Sptar San Luqa bħala l-istituzzjoni medika ewlenija għall-kura ġenerali akuta. Sptar Mater Dei se jikkura biss pazjenti fil-fażi akuta tal-kura meħtieġa.
Il-qasam tar-riabilitazzjoni, fil-preżent ipprovdut minn Sptar Zammit Clapp, se jiġi trasferit għal faċilita’ ġdida li se tinbena. In-numru ta’ sodod f’dan il-qasam se jiżdied b’kważi ħames darbiet aktar, minn 60 għal 280. Sptar San Luqa se jospita temporanjament il-faċilita’ ta’ riabilitazzjoni sakemm tinbena dik ġdida.
- Kuntrarju għal dak li jiġri llum f’San Luqa, riabilitazzjoni fit-tul se tingħata fil-faċilita’ l-ġdida.
- Il-qasam tal-kura tal-kanċer se jkun immodernizzat u trasferit minn Sptar Boffa fil-Furjana għal Sptar Zammit Clapp f’San Ġiljan. B’hekk is-sodod għall-kura tal-kanċer se jirdoppjaw minn 26 għal 60.
- Każjiet soċjali li jokkupaw sodod f’San Luqa għal tul ta’ żmien qed jiġu trasferiti f’Sala Jean Antide li ġiet immodernizzata għal dan il-għan.
- Fl-istess ħin, il-filososfija moderna għall-kura tas-saħħa mentali ma għadiex tiffavorixxi l-istituzjonalizzazjoni tal-pazjent. Fl-aħħar 10 snin, il-popolazzjoni ta’ Monte Karmeli naqset kważi bin-nofs.

Il-vantaġġ prinċipali tat-trasferiment ta’ l-istituzzjoni medika ewlenija fil-pajjiż għall-bini ġdid huwa li sa mill-kunċett tiegħu, Sptar Mater Dei gie maħsub u ppjanat biex jilqa’ fih l-aktar sistemi avvanzati u innovattivi meħtieġa fi sptar ġenerali akut ta’ l-aqwa livell. Il-qabża ta’ kwalita’ se tinħass minn kull min b’xi mod imiss ma’ Sptar Mater Dei.
Għall-pazjenti
- Qabża ta’ kwalita’ fl-ikel:
Il-pazjenti fi Sptar Mater Dei se jkollhom il-faċilità li jagħżlu l-ikel li jridu minn menu apposta skond id-dieta tagħhom. L-ikel jasal fi trolleys moderni li jużaw teknoloġija mill-aqwa. Mater Dei huwa r-raba’ sptar fid-dinja li qed jagħmel użu minn din it-tip ta’ teknoloġija. 45 minuta qabel ma jisserva l-ikel, sistema kompjuterizzata fit-trolleys issaħħan dik il-parti li għandha tissaħħan filwaqt li tibqa’ żżomm f’temperatura kiesħa dik il-parti li għandha tinżamm kiesħa. L-ikel se jasal f’Mater Dei servut fi trays u platti issiġġillati lesti kemm jissaħħnu u jisservew.
- Qabża ta’ kwalita’ fil-faċilitajiet ta’ komunikazzjoni u divertiment:
It-825 sodda fi Sptar Mater Dei huma mgħammra bis-servizzi kollha ta’ komunikazzjoni u divertiment. Il-pazjenti għandhom aċċess għat-televixin, ir-radju, it-telefon u l-internet mill-kumdità tas-sodda tagħhom stess.
- Qabża ta’ kwalita’ fil-kmamar tal-pazjenti:
Il-kmamar tal-pazjenti mgħammra b’tagħmir sofistikat, imdawlin b’dawl naturali, kollha għandhom l-arja kondizzjonata u b’ambjent ferm isbaħ mis-swali ta’ Sptar San Luqa. F’Mater Dei se jkun hemm inqas pazjenti f’kull kamra, sa’ massimu ta’ 4 u b’kmamar tal-banju ensuite. B’hekk il-pazjenti jgawdu minn aktar privatezza u kumdita’. Kmamar għal osservazzjoni jieħdu sa’ 6 pazjenti.
Għall-viżitaturi
- Qabża ta’ kwalita’ fis-servizzi pubbliċi:
Fid-daħla ewlenija ta’ Mater Dei, hemm servizzi pubbliċi estensivi bħal ATM, kiosks li jbiegħu fjuri u stationery ukafetterija. Hemm 1,900 spazju għal parkeġġ madwar l-isptar kollu li parti minnhom se jkunu riservati għall-istaff.
- Qabża ta’ kwalita’ fl-aċċess permezz ta’ trasport pubbliku:
F’Mater Dei, il-karozza tal-linja tista’ tibqa’ dieħla fil-kumpless minflok bħalma jsir sal-lum fi Sptar San Luqa fejn il-karozza tal-linja tieqaf quddiem il-bieb ewlieni. F’Mater Dei hemm 3 bus stops: waħda quddiem id-daħla ewlenija, oħra quddiem id-daħla għall-kwartieri ta’ l-istaff u oħra quddiem l-entratura għad-Day Care Unit.
Għall-istaff
- Qabża ta’ kwalita’ fil-faċilitajiet ta’ laqgħat:
Sptar Mater Dei joffri opportunitajiet biex l-istaff ikompli jiżviluppa fil-professjoni tagħhom. Hemm faċilitajiet moderni u komdi fejn l-istaff jista’ jistrieħ, jiekol, jinħasel u jbiddel b’mod privat u maqtugħ mill-kumplament tas-swali u l-faċilitajiet tal-pazjenti. Hemm ukoll meeting rooms mferrxin ma’ l-isptar kollu attrezzatti b’apparat modern għal-laqgħat, seminars, korsijiet ta’ taħrġ, konferenzi u diversi auditoria li jesgħu bejn 150 u 400 persuna kull wieħed.
- Qabża ta’ kwalita’ fl-aċċessibilita’:
Mater Dei jassigura aċċessibbilità sħiħa f’kull parti tiegħu inkluż għal persuni li jużaw siġġu tar-roti. Fil-bini kollu hemm 52 lift, li numru minnhom riservati għall-pazjenti, staff u servizzi, waqt li kull kamra tal-banju fis-swali hija mgħammra bil-faċilitajiet kollha neċessarji li jagħmluha aċċessibbli għal kulħadd.
Hemm ukoll parkeġġi riservati għall-persuni d’diżabilita’. Ir-reception counters huma disinjati biex joffru aċċess sħiħ.
Apparat mediku state of the art

Sptar Mater Dei huwa sptar state of the art li juża’ apparat mediku mill-aktar sofistikat. Il-Gvern għażel l-aħjar għal saħħtek. B'hekk f’Mater Dei sar investiment qawwi biex tinxtara l-iktar teknoloġija avvanzata kemm f’sistemi ta’ l-IT kif ukoll fl-apparat mediku. Apparat mediku ta’ l-ogħla livell ifisser ċans aħjar għall-pazjenti li jfiequ mill-kundizzjonijiet tagħhom.
Wara studju estensiv fuq l-apparat mediku ezistenti kien deċiż liema apparat seta’ jibqa’ jintuża u liema kellu jinxtara mill-ġdid. Sar ukoll eżerċizzju biex ikun identifikat liema tip ta’ apparat mediku kellu jkun hemm f’kull kamra ta’ l-isptar.
Wara proċess ta’ tendering, il-konsorzju Taljan INSO intgħażel biex jipprovdi l-apparat mediku ta’ Mater Dei li jinkludi eluf ta’ biċċiet ta’ apparat mediku fosthom 25 sala ta’ l-operazzjonijiet. L-investiment totali f’dan il-qasam biss laħħaq 62 miljun Ewro.
Apparat mediku sofistikat u li juża’ l-aħħar teknoloġija joffri diversi vantaġġi. Il-pazjent jingħata kura aħjar u iktar malajr filwaqt li l-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa jsibu iktar sodisfazzjon fix-xogħol tagħhom.

F’Mater Dei hemm ċertu tip ta’ apparat mediku li ma jinstab fl-ebda sptar ieħor hawn Malta, kemm privat kif ukoll pubbliku. Per eżempju, is-CT Scanner li hemm f’Mater Dei kapaċi jeżamina lill-pazjent b’ħafna iktar reqqa u f’anqas ħin. Waqt li CT Scanner 2 slice tista’ tieħu sa 45 minuta biex tipproduċi riżultat, CT Scanner 16 slice bħalma hemm biss fi Sptar Mater Dei, toħroġ riżultat iktar dettaljat f’ħafna anqas ħin. Din il-makna tista’ tieħu sa’ 1000 ritratt f’kull eżami.
Is-sistema PACS (Picure Archiving and Communication Systems) hija sistema state of the art li se tippermetti li x-ray images jintbagħtu min-naħa għall-oħra ta’ l-isptar b’mod diġitali minnflok fuq tertuqa sewda. Din l-informazzjoni tkun aċċessibbli l-ħin kollu għat-tobba, konsulenti u staff, mill-kompjuter tagħhom.
- Mater Dei fih 7,156 kamra li minnhom madwar 6,700 fihom xi tip ta' apparat mediku.
- Hemm medda ta' kurituri li ttul madwar kilometru u nofs.
- Jekk tghodd is-swali, il-kmamar u l-kurituri ssib madwar 8,000 bieb u partition.
- Bhala medja, l-isptar ghandu 8 livelli ta' bini, ghalkemm minn binja gnall-ohra, in-numru ta' sulari jvarja.
- Id-disinn jahseb biex jaqbad l-ikbar ammont ta' dawl naturali possibli allura jikkonsma inqas energija biex jinxteghel. Din hija wahda minn sensiela ta' energy saving features.
- Hemm 3 standby generators Ii kopoci jipproducu bizzejjed energija biex ihaddmu l-partijiet essenzjali ta' l-isptar.
- 13,000 control point madwar il-binja kollha ghall-kontroll tat-temperatura u l-umdita fl-arja. Minn hawn tigi kkontrollata l-arja kondizzjonata li tinsab fl-isptar kollu.
- lntuzaw madwar 1,500,000 metru ta' cables, 350,000 metru kubu ta' konkos, 27,000 fitting tad-dawl, 20,000 socket, 10,000 switch, 4,000 data point, 3,500 sprinkler, 2,400 linja tat-telefon, 1,900 post ta' parkegg, 593 card reader, 270 hose pipe cabinet, 116-il arlogg sinkronizzat u 52 lift.
Sptar Mater Dei inħaseb u nbena b’mod li iħares l-ambjent permezz ta’ diversi features li jiffrankaw l-enerġija.
- Sistema kompjuterizzata tuza’ 13000 punt madwar il-bini kollu ta’ l-isptar biex tikkontrolla t-temperatura, l-arja kondizzjonata u l-ventilazzjoni
- Units apposta jikkoreġu l-vultaġġ ta’ l-elettriku skond l-ammont meħtieġ
- Twieqi double glazed
- Ħitan esterni b’thermal insulation
- Disinjat b’mod li jassorbi ammont kbir ta’ dawl naturali
- Bozoz energy saving u electronic ballasts minflok tubi normali tad-dawl
- Sensors li jixegħlu u jitfu d-dawl awtomatikament skond iċ-ċaqliq tal-persuni
- Riċiklaġġ ta’ sħana żejda ġenerata
- Swali tal-pazjenti jħarsu lejn it-Tramuntana biex jitnaqqas l-effett tat-temperaturi għoljin fis-Sajf
- Muturi li jħaddmu l-pompi u l-fannijiet kontrollati awtomatikament skond il-ħtieġa biex jonqos il-konsum f’ħinijiet fejn id-domanda għall-użu ma tkunx daqstant qawwija
- Ġbir u riċiklaġġ ta’ l-ilma tax-xita










Il-pazjenti fi Sptar Mater Dei se jkollhom il-faċilità li jagħżlu l-ikel li jridu minn menu apposta skond id-dieta tagħhom. L-ikel jasal fi trolleys moderni li jużaw teknoloġija mill-aqwa. Mater Dei huwa r-raba’ sptar fid-dinja li qed jagħmel użu minn din it-tip ta’ teknoloġija. 45 minuta qabel ma jisserva l-ikel, sistema kompjuterizzata fit-trolleys issaħħan dik il-parti li għandha tissaħħan filwaqt li tibqa’ żżomm f’temperatura kiesħa dik il-parti li għandha tinżamm kiesħa. L-ikel se jasal f’Mater Dei servut fi trays u platti issiġġillati lesti kemm jissaħħnu u jisservew.
Sptar Mater Dei joffri opportunitajiet biex l-istaff ikompli jiżviluppa fil-professjoni tagħhom. Hemm faċilitajiet moderni u komdi fejn l-istaff jista’ jistrieħ, jiekol, jinħasel u jbiddel b’mod privat u maqtugħ mill-kumplament tas-swali u l-faċilitajiet tal-pazjenti. Hemm ukoll meeting rooms mferrxin ma’ l-isptar kollu attrezzatti b’apparat modern għal-laqgħat, seminars, korsijiet ta’ taħrġ, konferenzi u diversi auditoria li jesgħu bejn 150 u 400 persuna kull wieħed.