MISTOQSIJIET KOMUNI
Hawnhekk issib sensiela ta’ mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-proċess ta’ trasferiment minn Sptar San Luqa għal Mater Dei kif ukoll dwar is-servizzi li joffri Sptar Mater Dei. F’każ li xorta waħda tibqa’ ma ssibx it-tweġibiet li qed tfittex, tista’ tagħmel kuntatt magħna permezz ta’ l-e-mail, posta jew billi ċċempel Linja Mater Dei 158 bejn it-8am u l-4pm.
- Kif nista’ nagħmel kuntatt ma’ l-isptar?
E-mail: mdh@gov.mt Telefon: 2545 0000 jew Linja Mater Dei 158 Indirizz: Sptar Mater Dei
Birkirkara By-pass
Birkirkara MSD 2090
- Sptar Mater Dei se jikkura wkoll il-mard tal-kanċer u l-ġilda?
Bħalissa, il-kura speċjalizzata ta’ l-onkoloġija (tal-kanċer) u d-dermatoloġija (tal-ġilda) tingħata fi Sptar Boffa. Il-pjan tal-Gvern għas-settur tal-kura tas-saħħa f’pajjiżna qed iħejji biex filwaqt li dawn il-każijiet jibqgħu jingħataw il-kura meħtieġa fi sptar speċjalizzat, in-numru ta’ sodod għal dawn il-każijiet jirduppjaw minn 26 għal 60.
Il-pjan hu li Sptar Boffa jibqa’ sptar speċjalizzat għall-kura ta’ l-onkoloġija u d-dermatoloġija iżda hu mistenni li jiċċaqlaq mill-bini preżenti u jitla’ minflok Sptar Zammit Clapp f’San Ġiljan. Sptar Zammit Clapp se jkun modernizzat biex jilqa’ fih is-servizz tal-kura ta’ l-onkoloġija u d-dermatoloġija u se jsir investiment ieħor qawwi biex jinxtara apparat mediku ġdid u sofistikat għal dan il-qasam speċjalizzat.
Is-servizz fi Sptar Boffa se jibqa’ jinkludi wkoll l-ispinal unit u l-GU clinic.
- Veru li Sptar Zammit Clapp se jkun trasferit għal Sptar San Luqa?
Sptar Mater Dei se jieħu post Sptar San Luqa bħala sptar ġenerali akut. Għalhekk Sptar Mater Dei se jikkura biss pazjenti fil-fażi akuta tal-kura meħtieġa. Fl-istess ħin, is-servizz tar-riabilitazzjoni pprovdut minn Sptar Zammit Clapp, se jiġi trasferit għal faċilita’ ġdida li se tinbena f’Ħal Luqa. In-numru ta’ sodod f’dan il-qasam se jiżdied b’kważi ħames darbiet aktar, minn 60 għal 280. Sptar Karen Grech se jospita temporanjament il-faċilita’ ta’ rijabilitazzjoni sakemm tinbena dik ġdida. B’hekk ukoll, is-servizzi tar-riabilitazzjoni jinġabru f’post wieħed b’servizz ċentralizzat għal servizz aħjar għalik.
- Għaliex m’hemmx pool f’Mater Dei?
Is-servizz tal-Hydrotherapy huwa meqjus bħala parti mill-kura li tingħata fil-fażi ta’ riabilitazzjoni mhux fil-fażi akuta. Sptar Mater Dei disinjat biex joffri kura fil-fażi akuta biss u allura l-pool ma jagħmilx sens li jkun f’Mater Dei. Is-servizz se jibqa’ jingħata minn San Luqa peress li temporanjament, ir-riabilitazzjoni se tinġabar f’ċentru wieħed speċjalizzat. Se tinbena faċilita’ ġdida ta’ riabilitazzjoni li se tkun ħames darbiet akbar minn dik eżistenti.
- X’se jiġri mill-każijiet soċjali li llum hemm fi Sptar San Luqa?
Parti minn Sptar Karen Grech se jintuża’ biex jilqa’ fih dawn il-każijiet soċjali temporanjament sakemm jinħolqu aktar postijiet f’residenzi oħra ta’ l-anzjani. Ġiet modernizzata Sala Jean Antide f’Ħ’Attard li diġa’ qed tilqa’ każijiet soċjali. Fl-istess ħin, il-filososfija moderna għall-kura tas-saħħa mentali ma għadiex tiffavorixxi l-istituzjonalizzazjoni tal-pazjent. Il-popolazzjoni ta’ Monte Karmeli naqset kważi bin-nofs fl-aħħar 10 snin. Qed jitwettaq ukoll pjan biex kull sena jinħolqu aktar sodod f’residenzi għall-anzjani fl-irħula. Dan kollu jfisser li n-numru ta’ sodod għall-każijiet soċjali se jiżdiedu sostanzjalment fis-snin li ġejjin.
- Fejn jinsab id-Dipartiment tal-Customer Care?
Kif tidħol fil-bieb prinċipali ta’ l-isptar, ikser fuq ix-xellug u ssib id-dipartiment tal-Customer Care eżattament fl-ewwel uffiċċju. Hemm ukoll uffiċċju ieħor fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients.
Id-Dipartiment jagħti servizz kuljum bejn it-8 ta’ filgħodu u t-8 ta’ filgħaxija.
- In-numri tat-telefon se jibqgħu l-istess?
Le. In-numri nbidlu. In-numri kollha ta’ Mater Dei jibdew 2545 u jkomplu bl-extension number. In-numru 2545 0000 jasal għand l-operator.
Il-lista tat-telefons ta’ Sptar Mater Dei hija din.
|
Numru |
|
2545 4479 |
|
21234767 jew 22066201/2-15 |
|
2545 4433 |
|
2545 4445 |
|
2545 7070 |
|
2545 4667 |
|
2545 4690 |
|
2545 4620 |
|
2545 4691 |
|
2545 4600 |
|
2545 5480 |
|
2545 4520 |
|
2545 6900 |
|
2545 4435 |
|
2545 4184 |
|
2545 4188 |
|
2545 7200 |
|
2545 5176 |
|
2545 4800 |
|
2545 4450 |
|
2545 4920 |
|
2545 4598 |
|
112 |
|
2545 4020 |
|
2545 7020 |
|
2545 4040 |
|
2545 7220 |
|
2545 4580 |
|
2545 5010 |
|
2545 4930 |
|
2545 5110 |
|
2545 4160 |
|
2545 5269 |
|
2545 6071 |
|
2545 1030/1 |
|
2545 5400 |
|
2545 6300 |
|
2545 7115 |
|
2545 6749 |
|
2545 6707 |
|
2545 0000 |
|
2545 0000 |
|
2545 1914 |
|
2545 6010 |
|
2545 6020 |
|
2545 6030 |
|
2545 6040 |
|
2545 6050 |
|
2545 6060 |
|
2545 6504 |
|
2545 6590 |
|
2545 5450 |
|
2545 6220 |
|
2545 6210 |
|
2545 5140 |
|
2545 5160 |
|
2545 5162 |
|
2545 6600 |
|
2545 4480 |
|
2545 5020 |
|
2545 4500 |
|
2545 5230 |
|
2545 5220 |
|
2545 5210 |
|
2545 4484 |
|
2545 4436/7 |
|
2545 5123/4/5 |
|
2545 6873 |
|
2545 6535 |
|
2545 4550 |
|
2545 6600 |
|
2545 7071 |
|
2545 4442 |
|
2545 1580 |
|
2545 6910 |
|
2545 4691 |
|
2545 4910 |
|
2545 4182 |
|
2545 4400 |
|
2545 6080 |
|
2545 1402 |
|
2545 5571 |
|
2545 6600 |
|
2545 4431 |
|
2545 4560 |
|
2545 7040 |
|
2545 7010 |
|
2545 7050 |
|
2545 7020 |
|
2545 7030 |
|
2545 4422 |
|
2545 4424 |
|
21224303 / 21252966 |
|
2545 7080 |
|
2545 7081 |
|
2545 0000 |
- Fejn irrid inċempel għat-trasport ta’ l-isptar?
21224303 jew 21252966.
- Hemm canteen fl-isptar?
Fi Sptar Mater Dei hemm kafetterija għall-pubbliku li tinsab fl-entratura prinċipali flimkien ma’ servizzi pubbliċi oħra bħal ħwienet u ATM. Hemm numru ta’ vending machines mifruxin ma’ l-isptar kollu. L-istaff ta’ Mater Dei għandhom ristorant separat mill-kafetterija tal-pubbliku.
- Hemm x’imkien minn fejn tista’ tixtri gazzetti, magazines u fjuri?
Iva, fl-entratura ewlenija hemm dan is-servizz ukoll.
- Kif tinżamm is-sigurta` fl-isptar?
Hemm sistemi sofistikati ta’ cameras tas-sigurta’ u servizz tas-sigurta’ organizzat b’diversi uffuċjali tas-sigurta’ preżenti fl-isptar.
- Hemm telefons għal pubbliku?
Iva, hemm numru ta’ telefons pubbliċi li jaħdmu permezz ta’ cardphone. Dawn qegħdin fl-entratura ta’ l-isptar u fejn is-swali.
- Kif nasal l-Outpatients?
- Idħol l-isptar mill-entratura ewlenija n-naħa ta’ San Ġwann/B’Kara u idħol ġewwa mill-bieb prinċipali.
- Issib reception desk. Tista’ turi l-biljett jew l-ittra tat-tabib lir-receptionist biex jiggwidawk f’liema klinika għandek tmur.
- Jew tista’ tmur direttament fid-Dipartiment billi tikser fuq il-lemin u ssegwi s-sinjali.
Din hija lista tal-kliniki Outpatients u fejn jinsabu fid-Dipartiment (Blokk E)
|
Sular |
|
Pjan terran |
|
Pjan terran |
|
Pjan terran |
|
Pjan terran |
|
Pjan terran / L-ewwel sular |
|
Pjan terran |
|
L-ewwel sular |
|
L-ewwel sular |
|
L-ewwel sular |
|
L-ewwel sular |
|
L-ewwel sular |
|
L-ewwel sular |
|
L-ewwel sular |
|
L-ewwel sular |
Id-Dental Clinic m’għadhiex fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients għax tifforma parti mid-Dipartiment tad-Dentistrija. Dan jinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ l-isptar, jiġifieri n-naħa ta’ l-Universita’. Idħol mill-entratura tad-Day Care fejn issib receptionist desk li jiggwidawk fejn għandek tmur.
- X’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta’ l-Outpatients?
- Mit-Tnejn sal-Ġimgha: mis-7am sas-2.30pm
- Nhar ta’ Sibt: mis-7am sas–1pm
- Min fejn nista’ niġbor il-mediċini?
Jekk tiġbor il-mediċini mill-isptar, f’Mater Dei l-ispiżerija tinsab fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients eżattament kif tidħol mill-entratura tad-dipartiment.
Hemm sistema awtomatizzata biex tinqeda. Kif tasal ħu biljett minn magna appposta u stenna bil-qiegħda sakemm tgħajjatlek ir-receptionist. Din hija sistema simili bħalma tintuża f’ċertu banek u supermarkets.
Kif diġa’ tħabbar, tnieda proġett pilota fejn il-pazjenti jistgħu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-ispiżerija ta’ l-għażla tagħhom. Din l-iskema dalwaqt tiġi estiża fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex.
- X’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta’ l-ispiżerija ?
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7am sas-2.30pm
Nhar ta’ Sibt: mis-7am sas-1pm
- Hemm servizz ta’ spiżerija wara l-ħin?
Iva. L-ispiżerija ta’ l-Outpatients tiftaħ 24 siegħa kuljum. Wara l-ħinijiet normali tal-ftuħ, is-servizz jista’ jintuża minn dawk il-pazjenti li jiġu rilaxxati mil-isptar u jkollhom bżonn jiġbru l-mediċina għall-ewwel tlett ijiem jew għal min ikollu bżonn jixtri xi mediċini wara l-ħin ta’ l-għeluq ta’ l-ispiżeriji privati.
- Il-mediċini li jingħataw bil-karta r-roża, safra u bajda se jibqgħu b’xejn?
Iva.
- L-uffiċċju tal-karta s-safra se jitla’ Mater Dei wkoll?
Dan l-uffiċċju għalissa se jibqa’ fi Sptar San Luqa.
- Iċ-chamber se jitla’ Sptar Mater Dei wkoll?
Sptar Mater Dei għandu chamber ferm ikbar minn dak fi Sptar San Luqa, ħafna aktar komdu u mgħammar bl-aqwa teknoloġija.
- F’Mater Dei hemm servizz ta’ twelid taħt l-ilma?
Le, dan is-servizz mhux offrut fi Sptar Mater Dei. Hemm faċilita’ ta’ ‘Hydro Bath’ li jista’ jintuza’ min-nisa tqal biex jittaffa’ l-uġiegħ fl-ewwel stadju tal-ħlas.
- X’inhi l-proċedura biex wieħed jixtri s-servizz tat-telefon, TV u internet mis-sodda?
Fl-isptar issib numru ta’ ‘vending machines’ u ħwienet li jbiegħu cards apposta (simili għal cards tal-mobajl). Dawn il-cards jagħtu aċċess għas-servizzi ta’ internt, TV, radju u telefon mill-kumdita’ tas-sodda stess. Il-flus jinqatgħu awtomatikament skond l-użu ta’ dan is-servizz. Jekk ikun fadallek xi flus fil-card meta tiġi rilaxxat, tista’ titlobhom lura mill-ħwienet fejn tkun xtrajtha.
- Fejn nista’ nagħti d-demm?
L-għoti tad-demm se jibqa’ jsir fil-bini eżistenti fi G’Mangia ħdejn Sptar San Luqa. Din il-faċilita’ għada kemm ġiet modernizzata skond l-għola standards internazzjonali.
- F’Mater Dei se jibqgħu jintilfu files u riżultati?
Fi Sptar Mater Dei sar investiment qawwi f’sistemi ta’ teknoloġija ta’ l-informatika. Din it-teknoloġija trid twassal biex iktar ma jgħaddi żmien, l-isptar jibda juża anqas paper files. It-tagħrif mediku dwar il-pazjent jinħażen b’mod elettroniku fuq sistemi kompjuterizzati mill-aktar avvanzati. Il-bżonn li wieħed jibgħat għall-file mill-arkivji se jonqos u eventwalment jispiċċa.
Ir-riżultati mil-laboratorji jintbgħatu wkoll permezz tal-kompjuter u allura r-riskji ta’ telf ta’ files jew riżultati se jonqos ħafna minħabba l-użu tat-teknoloġija.
- Hemm fejn jinżel helicopter fl-isptar?
Iva.
- Hemm servizz tat-trasport pubbliku minn u lejn Mater Dei?
Iva. Irreferi fis-sezzjoni Il-Gwida Tiegħek għal Sptar Mater Dei biex tara r-rotot u l-ħinijiet. Tista’ ċċemplel freephone 8007 2393 jew iżżur il-websajt www.maltatransport.com
- Fejn twaqqfek il-karozza tal-linja?
Hemm tlett bus stops fl-isptar stess. Irreferi fis-sezzjoni Il-Gwida Tiegħek għal Sptar Mater Dei biex tara pjanta ta’ fejn qegħdin dawn il-waqfiet.
- Minn fejn nista’ nikri krozzi u wheelchair?
Dawn jistgħu jinkrew mid-Dipartiment ta’ l-Outpatients.
- X’operazzjonijiet isiru fid-Day Surgery Unit?
F’dan id-dipartiment issir kull tip ta’ operazzjoni li skond l-anestetista u l-kirurgu tkun tista’ ssir fuq bażi ta’ ġurnata waħda mingħajr mal-pazjent ikollu għalfejn jagħmel iljieli fl-isptar. Mhux kulħadd jikkwalifika għad-day surgery. Dan ma jiddependix biss mit-tip ta’ operazzjoni iżda jiddependi wkoll mill-kundizzjoni partikolari tal-pazjent.




