Linji tat-telefon
Linja Mater Dei - 158
il-gwida tieghek ghal mater dei
mistoqsijiet komuni
Ministeru tas-sahha, l-anzjani, u kura fil-komunita'
Is-sit ufficjali tal-Gvern ta' Malta
 
 
topleft ... topright
 

materdei

Blokk A: Auditorium, Skola Medika, Istitut għall-Kura tas-Saħħa, Amministrazzjoni.

Blokk B: Faċilitajiet għall-istaff, laboratorji u Dipartiment tal-Patoloġija, Renal Unit, servizzi ta’ riabilitazzjoni għall-pazjenti ta’ Mater Dei.

Blokk Ċ: Daħla ewlenija, kappella, auditorium, faċilitajiet għall-istaff on call, Day Care Unit, uffiċini, staff restaurant, Dipartiment tar-Radjoloġija, Dipartiment ta’ l-isterilizazzjoni, faċilitajiet pubbliċi bħal customer care desk, kiosks, kafetterija għall-pubbliku u ATM.

mater dei sular 0

materdei sular -1

 

Blokk E: Spiżerija, Infection Control Unit, Dipartiment ta’ l-Outpatients, Seminar Rooms.

Blokk F: Binja li tilqa’ fiha l-pulmun ta’ l-isptar: generators, sistemi ta’ inġinerija, sistemi ta’ kontroll ta’ nirien u ta’ sigurta’.

Blokk Ġ: Kamra mortwarja.

Kif Issib Triqtek fl-Isptar

signs

Hemm sistema ta’ kuluri u sinjali li se tgħin lill-pazjenti u l-viżitaturi biex isibu triqithom fi Sptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei fih 4 blokki ta’ swali tal-pazjenti, kollha fi Blokk D. Kull blokk ingħata kulur partikolari biex jgħin fl-orjentazzjoni tal-post: blu, aħdar, isfar u kannella. Id-Dipartiment ta’ l-Emergenza (D5) ngħata l-kulur aħmar.

Minbarra fis-sinjali, il-kulur ikun rifless ukoll f’diversi elementi li jinsabu fil-blokk: fl-għamara, fl-aċċessorji bħal purtieri, fil-kulur tal-ħitan, fil-kmamar tal-banju u fil-biċċiet ta’ l-arti li huma integrati f’din is-sistema.

   
signs


Il-kuluri, it-tabelli, l-arti u sinjali oħra jgħinu fl-identifikazzjoni tal-postijiet fi Sptar Mater Dei.

   

Tabelli u Sinjali

Sptar Mater Dei fih żewġ tipi ta’ sinjali:

  • Directional signage – sinjali li jagħtuk direzzjoni
  • Room functional signage – deskrizzjoni ta’ kamra jew post
signs



Sinjali direzzjonali twaħħlu f’postijiet prominenti, ħdejn lifts, fl-entraturi u f’kurituri li jwassluk lejn is-swali tal-pazjenti jew l-outpatients.

Kull kamra għandha tabella mwaħħla ħdejn il-bieb li tindika l-funzjoni ta’ dik il-kamra. Fil-każ ta’ kmamar tal-pazjenti, din it-tabella jkun fiha wkoll in-numru tal-kamra u n-numru tas-sodod f’dik il-kamra.

Tabelli b’kulur griż jindikaw kmamar fejn jistgħu jidħlu biss membri ta’ l-istaff waqt li tabelli blu jindikaw kmamar tal-pazjenti fejn jistgħu jidħlu wkoll viżitaturi jew persuni li jkunu qed jakkumpanjaw pazjenti.

 

 
bottomleft ... bottomright