Linji tat-telefon
Linja Mater Dei - 158
il-gwida tieghek ghal mater dei
mistoqsijiet komuni
Ministeru tas-sahha, l-anzjani, u kura fil-komunita'
Is-sit ufficjali tal-Gvern ta' Malta
 
 
topleft ... topright
 

Sptar state of the art

Sptar Mater Dei inbena fuq disinn ta’ villaġġ tipiku Malti bil-kappella fiċ-ċentru tal-proġett, pjazza quddiem il-kappella b’galleriji Maltin u s-servizzi mad-dawra tal-kappella.

B’kollox Mater Dei fih 7156 kamra li minnhom madwar 6700 fihom xi tip ta’ apparat mediku. Hemm medda ta’ kurituri li ttul madwar kilometru u nofs. Jekk tgħodd is-swali, il-kmamar u l-kuriduri ssib madwar 8,000 bieb u partition. Bħala medja l-isptar għandu 8 livelli ta’ bini, għalkemm minn binja għall-oħra, in-numru ta’ sulari jvarja.

Villaġġ mediku mill-aqwa

Il-kuntratt għall-bini ta’ Sptar Mater Dei ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u Skanska Malta JV fid-29 ta’ Frar tas-sena 2000. L-Amendment Agreement iffirmat f’April 2005 stabilixxa li l-isptar jitlesta u jgħaddi f’idejn il-Gvern Malti sa’ Lulju 2007, inkluż fażijiet ta’ xogħol li qabel kien ippjanat li jitlestew sas-sena 2010. 

Sal-lum, Sptar Mater Dei huwa l-ikbar proġett kapitali li qatt sar minn kwalunkwe’ Gvern. L-investiment totali fuq Sptar Mater Dei jlaħħaq is-somma ta’ Lm221.5 miljun lira li tinkludi aktar minn Lm145 miljun għall-kuntratt tal-bini u d-disinn ma’ Skanska Malta JV, Lm26 miljun fuq l-apparat mediku, Lm10 miljuni fuq is-sistemi ta’ teknoloġija ta’ l-informatika, Lm6 miljuni fuq għamara, Lm2 miljuni għall-espropjazzjoni ta’ l-art u ammonti oħra fuq numru ta’ kuntratti anċillari.

L-idea oriġinali għall-bini ta’ sptar ġdid kienet li jinbena sptar speċjalizzat ta’ 480 sodda li jikkumplimenta lill-isptar San Luqa, li wkoll kellu jiġi mmodernizzat. Il-pedamenti ta’ dan l-isptar bdew tielgħin fl-1995.

Il-kunċett ta’ sptar żgħir ta’ speċjalizzazzjoni nbidel għal wieħed ġenerali akut fl-1997. Dak iż-żmien ittieħdet id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid minflok jikkumplimenta lill-isptar San Luqa, kellu jieħu postu bħala l-isptar ġenerali tal-pajjiż.

Fl-1998 il-proġett reġa’ kien evalwat u wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’, il-pjanti gew ridimensjonati għal 825 sodda. Id-deċiżjoni finali kienet li l-isptar il-ġdid isir l-isptar ġenerali ewlieni ta’ pajjiżna filwaqt li jinkorpora fih l-elementi ta’ speċjalizzazjoni, riċerka u tagħlim.

Sptar aktar effiċjenti

Fi Sptar Mater Dei sar investiment qawwi f’teknoloġija moderna, f’apparat mediku state-of-the-art u f’sistemi ta’ l-IT u ta’ l-inġinerija sofistikati. Dawn huma lkoll maħsuba biex jikkontribwixxu għal żieda fl-effiċjenza. L-istaff professjonali ta’ Mater Dei se jqatta’ inqas ħin f’xogħol amministrattiv u anċillari u iktar ħin u attenzjoni mal-pazjenti fil-process ta' fejqan.

Sistemi bħal dawn ma jeżistux fi Sptar San Luqa.

nurse call communication

Sistema ta’ Nurse Call Communication tippermetti li l-pazjenti jitkellmu ma’ l-infermiera b’mod privat mill-kumdita’ tas-sodda tagħhom stess b’sistema li tixbah intercom. B’hekk jitnaqqas l-istrapazz fuq l-istaff peress li jitnaqqsu t-traġitti bla bżonn lejn is-sodod tal-pazjenti.

cardio pulmonary resuscitation button

CPR button tista’ ssalva ħajja ta’ bniedem. Din tintuża f’emerġenza biex b’għafsa ta’ buttuna jissejjaħ il-Cardio-Pulminary Resuscitation Team, u b’mod elettroniku tintbagħat informazzjoni dwar f’liema sala, f’liema kamra u f’liema sodda hemm bżonn l-attenzjoni urġenti.

pneumatic tube system

Pneumatic Tube System hija sistema li b’mod awtomatiku titrasporta oġġetti żgħar bħal test-tubes tad-demm u mediċini minn dipartiment għall-ieħor. Hemm 84 stazzjon mifruxa fl-isptar.

ict f'mater dei

It-Teknologija ta’ l-Informatika f’Mater Dei trid twassal biex iktar ma jgħaddi żmien, l-isptar jibda juża anqas paper files. It-tagħrif mediku dwar il-pazjent se jinħażen b’mod elettroniku fuq sistemi kompjuterizzati mill-aktar avvanzati. Il-bżonn li wieħed jibgħat għall-file mill-arkivji, kif jiġri sal-lum, se jonqos u eventwalment jispiċċa.

25 sala ta' l-operazzjonijiet

Hemm 25 sala ta’ l-operazzjonijiet, kważi d-doppju ta’ dawk preżenti llum fi Sptar San Luqa. Uħud minnhom dedikati għal operazzjonijiet partikolari, bħal per eżempju, oftalmoloġija u 5 teatri għal day care surgery. Dan kollu jgħin lill-pazjent jinqeda aħjar u b’anqas dewmien.

Għal servizz aħjar għalik

Ghal servizz ahjar ghalik
  • Sptar Mater Dei, bi 825 sodda, se jieħu post Sptar San Luqa bħala l-istituzzjoni medika ewlenija għall-kura ġenerali akuta. Sptar Mater Dei se jikkura biss pazjenti fil-fażi akuta tal-kura meħtieġa.
  • Nurse flimkien ma tifel fl-isptarIl-qasam tar-riabilitazzjoni, fil-preżent ipprovdut minn Sptar Zammit Clapp, se jiġi trasferit għal faċilita’ ġdida li se tinbena. In-numru ta’ sodod f’dan il-qasam se jiżdied b’kważi ħames darbiet aktar, minn 60 għal 280. Sptar San Luqa se jospita temporanjament il-faċilita’ ta’ riabilitazzjoni sakemm tinbena dik ġdida.

  • Kuntrarju għal dak li jiġri llum f’San Luqa, riabilitazzjoni fit-tul se tingħata fil-faċilita’ l-ġdida.
  • Il-qasam tal-kura tal-kanċer se jkun immodernizzat u trasferit minn Sptar Boffa fil-Furjana għal Sptar Zammit Clapp f’San Ġiljan. B’hekk is-sodod għall-kura tal-kanċer se jirdoppjaw minn 26 għal 60.
  • Każjiet soċjali li jokkupaw sodod f’San Luqa għal tul ta’ żmien qed jiġu trasferiti f’Sala Jean Antide li ġiet immodernizzata għal dan il-għan.
  • Fl-istess ħin, il-filososfija moderna għall-kura tas-saħħa mentali ma għadiex tiffavorixxi l-istituzjonalizzazjoni tal-pazjent. Fl-aħħar 10 snin, il-popolazzjoni ta’ Monte Karmeli naqset kważi bin-nofs.

Qabża ta’ kwalita’

Qabza ta' kwalita' - Vizitaturi hdejn pazjent

Il-vantaġġ prinċipali tat-trasferiment ta’ l-istituzzjoni medika ewlenija fil-pajjiż għall-bini ġdid huwa li sa mill-kunċett tiegħu, Sptar Mater Dei gie maħsub u ppjanat biex jilqa’ fih l-aktar sistemi avvanzati u innovattivi meħtieġa fi sptar ġenerali akut ta’ l-aqwa livell. Il-qabża ta’ kwalita’ se tinħass minn kull min b’xi mod imiss ma’ Sptar Mater Dei.

Għall-pazjenti

  • Qabża ta’ kwalita’ fl-ikel:

Qabza ta' kwalita' fl-ikelIl-pazjenti fi Sptar Mater Dei se jkollhom il-faċilità li jagħżlu l-ikel li jridu minn menu apposta skond id-dieta tagħhom. L-ikel jasal fi trolleys moderni li jużaw teknoloġija mill-aqwa. Mater Dei huwa r-raba’ sptar fid-dinja li qed jagħmel użu minn din it-tip ta’ teknoloġija. 45 minuta qabel ma jisserva l-ikel, sistema kompjuterizzata fit-trolleys issaħħan dik il-parti li għandha tissaħħan filwaqt li tibqa’ żżomm f’temperatura kiesħa dik il-parti li għandha tinżamm kiesħa. L-ikel se jasal f’Mater Dei servut fi trays u platti issiġġillati lesti kemm jissaħħnu u jisservew.

  • Qabża ta’ kwalita’ fil-faċilitajiet ta’ komunikazzjoni u divertiment:

It-825 sodda fi Sptar Mater Dei huma mgħammra bis-servizzi kollha ta’ komunikazzjoni u divertiment. Il-pazjenti għandhom aċċess għat-televixin, ir-radju, it-telefon u l-internet mill-kumdità tas-sodda tagħhom stess.

  • Qabża ta’ kwalita’ fil-kmamar tal-pazjenti:

Il-kmamar tal-pazjenti mgħammra b’tagħmir sofistikat, imdawlin b’dawl naturali, kollha għandhom l-arja kondizzjonata u b’ambjent ferm isbaħ mis-swali ta’ Sptar San Luqa. F’Mater Dei se jkun hemm inqas pazjenti f’kull kamra, sa’ massimu ta’ 4 u b’kmamar tal-banju ensuite. B’hekk il-pazjenti jgawdu minn aktar privatezza u kumdita’. Kmamar għal osservazzjoni jieħdu sa’ 6 pazjenti.

Għall-viżitaturi

  • Qabża ta’ kwalita’ fis-servizzi pubbliċi:

Fid-daħla ewlenija ta’ Mater Dei, hemm servizzi pubbliċi estensivi bħal ATM, kiosks li jbiegħu fjuri u stationery ukafetterija. Hemm 1,900 spazju għal parkeġġ madwar l-isptar kollu li parti minnhom se jkunu riservati għall-istaff.

  • Qabża ta’ kwalita’ fl-aċċess permezz ta’ trasport pubbliku:

F’Mater Dei, il-karozza tal-linja tista’ tibqa’ dieħla fil-kumpless minflok bħalma jsir sal-lum fi Sptar San Luqa fejn il-karozza tal-linja tieqaf quddiem il-bieb ewlieni. F’Mater Dei hemm 3 bus stops: waħda quddiem id-daħla ewlenija, oħra quddiem id-daħla għall-kwartieri ta’ l-istaff u oħra quddiem l-entratura għad-Day Care Unit.

Għall-istaff

  • Qabża ta’ kwalita’ fil-faċilitajiet ta’ laqgħat:

Qabza ta' kwalita fil-facilitajiet ta' laqghatSptar Mater Dei joffri opportunitajiet biex l-istaff ikompli jiżviluppa fil-professjoni tagħhom. Hemm faċilitajiet moderni u komdi fejn l-istaff jista’ jistrieħ, jiekol, jinħasel u jbiddel b’mod privat u maqtugħ mill-kumplament tas-swali u l-faċilitajiet tal-pazjenti. Hemm ukoll meeting rooms mferrxin ma’ l-isptar kollu attrezzatti b’apparat modern għal-laqgħat, seminars, korsijiet ta’ taħrġ, konferenzi u diversi auditoria li jesgħu bejn 150 u 400 persuna kull wieħed.

  • Qabża ta’ kwalita’ fl-aċċessibilita’:

Mater Dei jassigura aċċessibbilità sħiħa f’kull parti tiegħu inkluż għal persuni li jużaw siġġu tar-roti. Fil-bini kollu hemm 52 lift, li numru minnhom riservati għall-pazjenti, staff u servizzi, waqt li kull kamra tal-banju fis-swali hija mgħammra bil-faċilitajiet kollha neċessarji li jagħmluha aċċessibbli għal kulħadd.

Hemm ukoll parkeġġi riservati għall-persuni d’diżabilita’. Ir-reception counters huma disinjati biex joffru aċċess sħiħ.

Apparat mediku state of the art

Apparat mediku state of the art fi Sptar Mater Dei

Sptar Mater Dei huwa sptar state of the art li juża’ apparat mediku mill-aktar sofistikat. Il-Gvern għażel l-aħjar għal saħħtek. B'hekk f’Mater Dei sar investiment qawwi biex tinxtara l-iktar teknoloġija avvanzata kemm f’sistemi ta’ l-IT kif ukoll fl-apparat mediku. Apparat mediku ta’ l-ogħla livell ifisser ċans aħjar għall-pazjenti li jfiequ mill-kundizzjonijiet tagħhom.

Apparat mediku sofistikat ghall-servizz ahjarWara studju estensiv fuq l-apparat mediku ezistenti kien deċiż liema apparat seta’ jibqa’ jintuża u liema kellu jinxtara mill-ġdid. Sar ukoll eżerċizzju biex ikun identifikat liema tip ta’ apparat mediku kellu jkun hemm f’kull kamra ta’ l-isptar.

Wara proċess ta’ tendering, il-konsorzju Taljan INSO intgħażel biex jipprovdi l-apparat mediku ta’ Mater Dei li jinkludi eluf ta’ biċċiet ta’ apparat mediku fosthom 25 sala ta’ l-operazzjonijiet. L-investiment totali f’dan il-qasam biss laħħaq 62 miljun Ewro.


Apparat mediku sofistikat u li juża’ l-aħħar teknoloġija joffri diversi vantaġġi. Il-pazjent jingħata kura aħjar u iktar malajr filwaqt li l-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa jsibu iktar sodisfazzjon fix-xogħol tagħhom.

CT Scanner uniku fl-Isptar Mater Dei
Informazzjoni accessibbli ghat-tobba, konsulenti u staffF’Mater Dei hemm ċertu tip ta’ apparat mediku li ma jinstab fl-ebda sptar ieħor hawn Malta, kemm privat kif ukoll pubbliku. Per eżempju, is-CT Scanner li hemm f’Mater Dei kapaċi jeżamina lill-pazjent b’ħafna iktar reqqa u f’anqas ħin. Waqt li CT Scanner 2 slice tista’ tieħu sa 45 minuta biex tipproduċi riżultat, CT Scanner 16 slice bħalma hemm biss fi Sptar Mater Dei, toħroġ riżultat iktar dettaljat f’ħafna anqas ħin. Din il-makna tista’ tieħu sa’ 1000 ritratt f’kull eżami.

Is-sistema PACS (Picture Archiving and Communication Systems) hija sistema state of the art li se tippermetti li x-ray images jintbagħtu min-naħa għall-oħra ta’ l-isptar b’mod diġitali minnflok fuq tertuqa sewda. Din l-informazzjoni tkun aċċessibbli l-ħin kollu għat-tobba, konsulenti u staff, mill-kompjuter tagħhom.

Kurżitajiet

Ritratt ta' Mater Dei

  • Mater Dei fih 7,156 kamra li minnhom madwar 6,700 fihom xi tip ta' apparat mediku.
  • Hemm medda ta' kurituri li ttul madwar kilometru u nofs.
  • Jekk tghodd is-swali, il-kmamar u l-kurituri ssib madwar 8,000 bieb u partition.
  • Bhala medja, l-isptar ghandu 8 livelli ta' bini, ghalkemm minn binja gnall-ohra, in-numru ta' sulari jvarja.
  • Id-disinn jahseb biex jaqbad l-ikbar ammont ta' dawl naturali possibli allura jikkonsma inqas energija biex jinxteghel. Din hija wahda minn sensiela ta' energy saving features.
  • Hemm 3 standby generators Ii kopoci jipproducu bizzejjed energija biex ihaddmu l-partijiet essenzjali ta' l-isptar.
  • 13,000 control point madwar il-binja kollha ghall-kontroll tat-temperatura u l-umdita fl-arja. Minn hawn tigi kkontrollata l-arja kondizzjonata li tinsab fl-isptar kollu.
  • lntuzaw madwar 1,500,000 metru ta' cables, 350,000 metru kubu ta' konkos, 27,000 fitting tad-dawl, 20,000 socket, 10,000 switch, 4,000 data point, 3,500 sprinkler, 2,400 linja tat-telefon, 1,900 post ta' parkegg, 593 card reader, 270 hose pipe cabinet, 116-il arlogg sinkronizzat u 52 lift.

Sptar li jħares l-ambjent

Sptar Mater Dei inħaseb u nbena b’mod li iħares l-ambjent permezz ta’ diversi features li jiffrankaw l-enerġija.

  • Sistema kompjuterizzata tuza’ 13000 punt madwar il-bini kollu ta’ l-isptar biex tikkontrolla t-temperatura, l-arja kondizzjonata u l-ventilazzjoni
  • Units apposta jikkoreġu l-vultaġġ ta’ l-elettriku skond l-ammont meħtieġ
  • Twieqi double glazed
  • Ħitan esterni b’thermal insulation
  • Disinjat b’mod li jassorbi ammont kbir ta’ dawl naturali
  • Bozoz energy saving u electronic ballasts minflok tubi normali tad-dawl
  • Sensors li jixegħlu u jitfu d-dawl awtomatikament skond iċ-ċaqliq tal-persuni
  • Riċiklaġġ ta’ sħana żejda ġenerata
  • Swali tal-pazjenti jħarsu lejn it-Tramuntana biex jitnaqqas l-effett tat-temperaturi għoljin fis-Sajf
  • Muturi li jħaddmu l-pompi u l-fannijiet kontrollati awtomatikament skond il-ħtieġa biex jonqos il-konsum f’ħinijiet fejn id-domanda għall-użu ma tkunx daqstant qawwija
  • Ġbir u riċiklaġġ ta’ l-ilma tax-xita

 

 
bottomleft ... bottomright