Linji tat-telefon
Linja Mater Dei - 158
il-gwida tieghek ghal mater dei
mistoqsijiet komuni
Ministeru tas-sahha, l-anzjani, u kura fil-komunita'
Is-sit ufficjali tal-Gvern ta' Malta
 
 
topleft ... topright
 

Villaġġ mediku mill-aqwa

Il-kuntratt għall-bini ta’ Sptar Mater Dei ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u Skanska Malta JV fid-29 ta’ Frar tas-sena 2000. L-Amendment Agreement iffirmat f’April 2005 stabilixxa li l-isptar jitlesta u jgħaddi f’idejn il-Gvern Malti sa’ Lulju 2007, inkluż fażijiet ta’ xogħol li qabel kien ippjanat li jitlestew sas-sena 2010. 

Sal-lum, Sptar Mater Dei huwa l-ikbar proġett kapitali li qatt sar minn kwalunkwe’ Gvern. L-investiment totali fuq Sptar Mater Dei jlaħħaq is-somma ta’ Lm221.5 miljun lira li tinkludi aktar minn Lm145 miljun għall-kuntratt tal-bini u d-disinn ma’ Skanska Malta JV, Lm26 miljun fuq l-apparat mediku, Lm10 miljuni fuq is-sistemi ta’ teknoloġija ta’ l-informatika, Lm6 miljuni fuq għamara, Lm2 miljuni għall-espropjazzjoni ta’ l-art u ammonti oħra fuq numru ta’ kuntratti anċillari.

L-idea oriġinali għall-bini ta’ sptar ġdid kienet li jinbena sptar speċjalizzat ta’ 480 sodda li jikkumplimenta lill-isptar San Luqa, li wkoll kellu jiġi mmodernizzat. Il-pedamenti ta’ dan l-isptar bdew tielgħin fl-1995.

Il-kunċett ta’ sptar żgħir ta’ speċjalizzazzjoni nbidel għal wieħed ġenerali akut fl-1997. Dak iż-żmien ittieħdet id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid minflok jikkumplimenta lill-isptar San Luqa, kellu jieħu postu bħala l-isptar ġenerali tal-pajjiż.

Fl-1998 il-proġett reġa’ kien evalwat u wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’, il-pjanti gew ridimensjonati għal 825 sodda. Id-deċiżjoni finali kienet li l-isptar il-ġdid isir l-isptar ġenerali ewlieni ta’ pajjiżna filwaqt li jinkorpora fih l-elementi ta’ speċjalizzazjoni, riċerka u tagħlim.

 

 

 

 
bottomleft ... bottomright