Linji tat-telefon
Linja Mater Dei - 158
il-gwida tieghek ghal mater dei
mistoqsijiet komuni
Ministeru tas-sahha, l-anzjani, u kura fil-komunita'
Is-sit ufficjali tal-Gvern ta' Malta
 
 
topleft ... topright
 

IMPENN FAVUR IL-PAZJENT

Kull min jaħdem jew iżur Sptar Mater Dei, jaqbel li dan huwa sptar li joffri qabża ta’ kwalita’ fis-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna. Għalina li naħdmu fl-isptar, din hija opportunita’ unika biex inkomplu ntejjbu s-servizz li noffrulek. L-attenzjoni tagħna se tingħata lil kull pazjent bħala individwu, bħala persuna, mingħajr ma neħlu biss fuq il-marda jew il-kundizzjoni tal-pazjent.

Permezz ta’ l-investiment qawwi li sar f’teknoloġiji avvanzati f’Mater Dei, nistgħu bil-mod il-mod innaqqsu responsabiltajiet anċillari minn fuq l-istaff kliniku ta’ l-isptar biex it-tobba u l-infermiera jkunu jistgħu jqattgħu iktar ħin għall-kura u l-fejqan tal-pazjent. L-ambjent totali ta’ l-isptar jilgħab ukoll parti importanti ħafna fil-proċess ta’ fejqan. Bi Sptar Mater Dei qed nesperjenzaw titjib kbir f’diversi servizzi lil hinn mill-kura.

F’ambjent ta’ sptar, it-tensjoni taħkem fuq kulħadd. Jeħtieg li nifhmu lil xulxin biex il-bżonnijiet tal-pazjenti jinqdew bl-aħjar mod possibbli. Nemmnu li l-koperazzjoni tagħna tista’ tkun ibbażata fuq aktar informazzjoni disponibbli.

Dan il-ktejjeb tħejja biex ikun ta’ referenza għal kull min jiġi bżonn Sptar Mater Dei, illum u fil-futur.

Jiena u l-istaff kollu ta’ Sptar Mater Dei nwegħduk li se nagħmlu l-aħjar tagħna biex nagħtuk l-aħjar għal saħħtek u l-aħjar għalik. Merħba fi Sptar Mater Dei.

Marion Rizzo
Kap Eżekuttiv

 

 

 
bottomleft ... bottomright