Linji tat-telefon
Linja Mater Dei - 158
il-gwida tieghek ghal mater dei
mistoqsijiet komuni
Ministeru tas-sahha, l-anzjani, u kura fil-komunita'
Is-sit ufficjali tal-Gvern ta' Malta
 
 
topleft ... topright
 

L-aħjar għal saħħtek, l-aħjar għalik

Bi Sptar Mater Dei qed titwettaq parti oħra mill-viżjoni tal-Gvern li pajjiżna joffri l-aħjar għal saħħtek. Sptar Mater Dei huwa proġett nazzjonali li kiteb paġna oħra fit-tradizzjoni ta’ suċċessi fil-kura tas-saħħa provduti f’pajjiżna.

Is-servizz tas-saħħa tagħna ġie klassifikat mill-Organizzazjoni Dinjija għas-Saħħa, fil-ħames post fid-dinja. Ir-riżultati huma evidenti: il-poplu Malti qed jgħix aktar u qed jgħix aħjar.

Illum kulħadd jirrikonoxxi li Sptar San Luqa ma setax jibqa’ jaqdi funzjoni ta’ sptar ġenerali akut għall-bżonnijiet mediċi tal-poplu Malti bil-livelli u l-istandards li wieħed jistenna f’pajjiż modern bħal tagħna.

Sptar Mater Dei huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar minn ebda Gvern Malti. Il-qabża fil-kwalita’ tidher f’ambjent mill-isbaħ li joffri diversi kumditajiet li jgħinu biex iħaffu l-proċess ta’ fejqan tal-pazjent, fl-apparat mediku mill-aktar sofistikat u fil-prattiċi tax-xogħol ġodda.

Mater Dei joffri titjib għal kull min għandu x’jaqsam ma’ l-isptar: faċilitajiet aħjar għall-pazjenti, ambjent tax-xogħol komdu għall-istaff u servizzi estensivi għall-viżitaturi.

Mater Dei ifisser era ġdida fl-għoti tas-servizzi tal-kura tas-saħħa f’pajjiżna. Din il-ħidma qed issir bi pjan biex is-servizzi li jingħataw mill-isptarijiet f’pajjiżna jkomplu dejjem jitjiebu u tiżdied l-effiċjenza.

Messaġġ mill-Kap Eżekuttiv

 

 

 
bottomleft ... bottomright